Nippreparaw għall-festa

Nhar it-Tnejn 4 t’Awwissu se jsir l-ewwel rehearsal għall-festa kif ġej:

  • data: it-Tnejn 4 t’Awwissu
  • ħin:  7.00pm sa 7.30pm
  • post: il-knisja parrokkjali Ħal Safi

Fil-festa nieħdu sehem fit-tridijiet nhar l-Erbgħa 27, il-Ħamis 28 u l-Ġimgħa 29 t’Awwissu.

DAWK LI SE JKUNU YEAR 3, 4, 5 U 6 F’SETTEMBRU LI ĠEJ HUMA MISTIEDNA JINGĦAQDU MAGĦNA.

Posted in Kreattiv | Leave a comment

dun-gm-farrugiaIl-Kor Kreattiv flimkien mal-Kor Sine Macula ser janimaw il-quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem il-ħidma pastorali ta’ Dun Ġużepp Farrugia bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Safi.

DATA: il-Ħadd 20 ta’ Lulju 2014

ĦIN:  6.00pm

POST: il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi

GRAZZI DUN ĠUŻEPP.  MEĦBA FR DAVID!

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Jum il-Missier – 15 ta’ Ġunju

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Jum l-Omm – il-Ħadd 11 ta’ Mejju

Il-Ħadd 11 ta’ Mejju huwa Jum l-Omm. LIL OMMI ġiet irrekordjata mill-Kor Kreattiv bil-vuċi solista ta’ Kayley Cuschieri. Ħsibtu x’kumpliment se tagħmlulha lill-Mamà għal Jum l-Omm? Min jaf kieku ……!!!!

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Prosit Federica Falzon

Il-Kor Kreattiv jifraħ lil Federica Falzon għas-suċċess internazzjonali li kisbet fil-festival organizzat minn RAI UNO, Ti Lascio Una Canzone. Fil-video clip t’hawn taħt, Federica tidher tipparteċipa mal-Kor Kreattiv fil-kunċert tal-Milied li tellajna flimkien mal-Kor Sine Macula fil-Milied tas-sena 2011. Nawguraw iktar suċċessi lil Federica fil-futur.

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Ikun Li Trid Int

Ikun-Li-Trid-Int-9.4 (2)Prosit kbira lill-Kor Kreattiv li nhar l-Erbgħa 9 t’April ħa sehem fil-Via Sagra immużikata Ikun Li Trid Int. Ħadu sehem ukoll il-korijiet Sine Macula ta’ Ħal Safi u Assumpta Est tal-Gudja.

Fir-ritratt jidhru l-membri tal-Kor Kreattiv qabel ir-rappreżentazzjoni.

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Ikun Li Trid Int – il-Via Sagra bil-kant

ikun-li-trid-intIKUN LI TRID INT – Il-Via Sagra bil-kant, se tittella’ fil-Knisja ta’ Ħal Safi nhar l-Erbgħa 9 ta’ April 2014.

Jieħdu sehem ukoll il-Kor Kreattiv.

NARAWKOM!

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Attivitajiet tal-Kor KREATTIV – Milied 2013

kuncert-kunsill-2013novena-safi-2013

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Festin b’ringrazzjament

IMG_6194IMG_6197B’ringrazzjament tas-sehem li taw fl-irrekordjar tan-Nursery Rhymes bil-Malti, ġie organizzat festin għall-istudenti tal-Kreattiv il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2013.

Wara li animaw il-quddiesa tal-10.00am, l-istudenti flimkien ma’ Ms Pauline qattgħu ftit ħin flimkien ……. jieklu, jixorbu, jitkellmu, jidħku ….. u jilagħbu.

PROSIT U GRAZZI lill-istudenti kollha tal-biċċa xogħol siewja li għamlu, biċċa xogħol li minnha qed jibbenefikaw bosta studenti Maltin u Għawdxin.

BRAVI tassew!

Posted in Kreattiv | Leave a comment

Party għall-istudenti tal-Kreattiv

party-1Nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, wara l-quddiesa tal-10.00am li se tkun animata mill-Kor Kreattiv, se jsir get-together u festin żgħir għall-istudenti kollha tal-Kreattiv li taw sehemhom fir-recording tan-nursery rhymes.

Mistednin għal din l-attività dawk l-istudenti kollha li matul Mejju, Ġunju u Lulju taw sehemhom waqt ir-recordings li saru.

Data: il-Ħadd 8 ta’ Diċembru
Ħin: 11.00am, wara l-quddiesa
Post: il-garaxx ta’ Ms Pauline

Narawkom!
Għal-lista sħiħa tan-nursery rhymes irrekordjati: ikklikkja hawn <><><><>
Isimgħu waħda min-nursery rhymes irrekordjata mill-Kor Kreattiv u li issa qiegħda tintuża fl-iskejjel:

Posted in Kreattiv | Leave a comment